IT-TIPJIP U S-SAĦĦA

Studji statistiċi juru li l-gruppi ta’ persuni li jpejpu għandhom inċidenza ogħla ta’ ċertu mard meta mqabbel ma’ dawk li ma jpejpux: it-tipjip iżid ir-riskju li wieħed jiżviluppa kanċer fil-pulmun, mard kardjovaskulari, mard respiratorju kif ukoll problemi oħra tas-saħħa.  Jidher li l-gravità tal-ħsara hija relatata mal-età meta wieħed jibda, ma’ kemm wieħed ipejjep kuljum, ma’ kemm wieħed ikun ilu jpejjep u ma’ kemm wieħed jieħu n-nofs ’l ġewwa.

Bħala manifatturi tas-sigaretti nħossu li għandna r-responsabbiltà li nenfasizzaw ir-riskji tat-tipjip, li jikkawża ħsara fil-forom kollha tiegħu (sigaretti, sigarri, pipa, eċċ.) u nemmnu li kull konsumatur adult għandu d-dritt li jkollu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jagħmel għażliet infurmati. Aħna ma naqblux, bl-aktar mod assolut, li l-prodotti tat-tabakk jiġu kkumerċjalizzati lill-minuri. L-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħna huma rregolati minn projbizzjonijiet u rekwiżiti stretti.

IT-TIPJIP PASSIV 

It-tipjip passiv jikkonsisti minn taħlit ta’ duħħan minn sigarett mad-duħħan li jkun diġà ttieħed u nħareġ minn min ipejjep mal-arja tal-ambjent.

Għadd kbir ta’ awtoritajiet tas-saħħa, inkluż id-WHO, ikkonkludew li espożizzjoni għad-duħħan secondhand iżżid ir-riskju li persuni li ma jpejpux jiżviluppaw mard gravi bħal kanċer fil-pulmun u mard tal-qalb.

International Tobacco tappoġġja regolazzjoni li tibbilanċja l-interessi ta’ min ipejjep ma’ dawk ta’ min ma jpejjipx.

Aħna nemmnu li min ipejjep għandu juri rispett lil dawk ta’ madwaru, u nħeġġu lil min ipejjep bl-aktar mod assolut biex ma jpejjipx fil-preżenza ta’ trabi, tfal u nisa tqal.

International Tobacco PLC - London