INFORMAZZJONI DWAR IT-TABAKK 

Il-pjanta tat-tabakk hija parti mill-familja tas-Solanaceae, li tinkludi wkoll il-patata, il-brunġiel, it-tadam u l-bżar. Din tħaddar għal sena, jew ġieli anki għal aktar minn sena, għandha zokk vertikali ta' tul ta' bejn metru u tliet metri, u għandha weraq ovali jew ippuntati li fihom minerali , zokkor, proteini, reżini, żjut aromatiċi, sustanzi volatili u nikotina. Il-fjuri huma sbieħ ħafna u jinġabru fi fjoritura tawwalija. Il-frotta hija kapsula li fiha żrieragħ żgħar tondi jew ovali ta’ lewn kannella, li jdumu ħajjin għal 4-5 snin f’kondizzjonijiet ta’ ambjent normali.

 

Il-pjanta tat-tabakk bdiet tinfirex malajr madwar id-dinja mill-Amerika sa mis-seklu sittax. Din irnexxielha tikber f’ħafna varjetajiet, grazzi għall-kapaċità tagħha li tadatta sew għal ambjenti differenti. Illum, it-tabakk jiġi mkabbar f’mijiet ta’ pajjiżi, l-aktar f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Il-kontinenti fejn l-aktar issir il-koltivazzjoni ta’ din il-pjanta huma l-Asja (speċjalment iċ-Ċina, l-Indja u t-Turkija) u l-Amerika (l-Istati Uniti u l-Brażil), iżda din issir ukoll fl-Ewropa (l-Italja, il-Greċja, il-Bulgarija, il-Polonja u r-Russja), fl-Afrika (iż-Żimbabwe u l-Malawi) u fl-Oċeanja (l-Awstralja u New Zealand).

Kull reġjun iwassal għal riżultati differenti. L-influwenza tal-klima u tal-ħamrija hija kruċjali.

1/4

It-tabakk beda jinġieb lejn l-Ewropa wara l-iskoperta tal-Amerika, iżda l-popli indiġeni tal-kontinent Amerikan kienu ilhom żmien twil ipejpuh għal skopijiet reliġjużi u bħala parti minn ritwali.

Jeżistu diversi varjetajiet ta’ tabakk – dawn ivarjaw minn xulxin skont il-karatteristiċi tagħhom, skont il-ħtiġijiet klimatiċi tagħhom u skont il-metodi li jintużaw għall-ipproċessar tal-weraq wara l-ġbir.

Aħna nemmnu li l-industrija tat-tabakk għandha tkun soġġetta għal sistema regolatorja li hija kapaċi tipproteġi liċ-ċittadini, u li hija wkoll kapaċi ssib bilanċ bejn l-interessi differenti involuti.

International Tobacco PLC - London